L-UFFICJU TAL- KUMMISSARJU GHAR-RIFUGJATI TAL - GNUS MAGHQUDA

Font Size Larger Font Smaller Font
email E-mail print Print
Ir-rifugjat huwa dak li "minhabba f'biza' msejsa fuq ir-realtà li jista' jigi ppersegwitat ghal ragunijiet ta' razza, religjon, nazzjonalità, shubija f 'xi grupp socjali jew fehma politika partikolari, ikun jinsab barra mill-pajjiz tan-nazzjonalità tieghu u ma jkunx kapaci jew, minhabba f'dik il-biza', ma jkunx irid jinqeda bil-protezzjoni ta' dak il-pajjiz; jew min, minghajr ma jkollu nazzjonalità u filwaqt li jkun barra mill-pajjiz fejn soltu kien joqghod, minhabba f'dawn l-avvenimenti, ma jkunx kapaci jew, minhabba f'dik il-biza', ma jkunx irid jerga' lura fih"

[Art.1A tal-Konvenzjoni ta' Ginevra dwar l-Istat tar-Rifugjati, 1951]

Il-UNHCR, il-Kummissarjat Gholi ghar-Rifugjati tal-Gnus Maghquda jiehu hsiebhom. 

Mill- 1950, jigifieri minn meta l-Assemblea generali tal-gnus Maqghuda holqot din l-organizzazzjoni sabiex tkun ta' ghajnuna ghar-rifugjati Ewropej li harbu fit-tieni gwerra dinjija, il-UNHCR ghenet ghexieren ta' miljuni ta' rifugjati fid-dinja kollha. Il-mandat tal-UNHCR huwa protezzjoni u ghajnuna, kif hemm imnizzel fl-istatut taggha. Minn banda  wahda, filfatt, il-UNHCR tassigura l-protezzjoni internazzjonali billi tiggarantixxi li r-rifugjati ma jintbaghtux lura – kontra r-rieda taghhom – f'pajjizi fejn jistghu jkollhom il-biza' li jigu ppersegwitati, u f'kull kaz, tissalvagwardja s-sahha fizika taghhom. Mill-banda l-ohra, l-organizzazzjoni taghti ukoll ghajnuna materjali li tinkludi:

  • ghajnuna fil-kaz ta' krizi umanitarja serja li tasal ghall-ezodu ta' massa ta' rifugjati;
  • programmi fl-oqsma ta' l-edukazzjoni, tas-sahha u ta' l-akkommodazzjoni;
  • ghajnuna biex tiggarantixxi l-awtosufficjenza tar-rifugjati u l-integrazzjoni taghhom fil-pajjizi t'asil;
  • operazzjonijiet ta' rimpatriju volontraju;
  • ghajnuna sabiex rifugjati li ma jistghux jigu rimpatrijati u li m'ghandhomx bizzejjed sigurtà fl-ewwel pajjiz t'asil, jistabbilixxu rughom f'pajjizi terzi.

Il-Kummissarju Gholi jfittex li japplika wahda minn tlett soluzzjonijiet permanenti ghall-kwistjoni tar-rifugjati. L-ewwel wahda, dik l-izjed favorevoli, hija r-rimpatrju fil-pajjiz jew fir-regjun ta' l-origini, id-dritt sagru u inaljenabbli ta' kull individwu. Madankollu, dan huwa possibbli biss meta l-kundizzjonijiet li gieghlu lir-rifugjati jghixu fl-ezilju jinbidlu. Fil-kazijiet l-ohra, l-UNHCR timxi fuq zewg alternattivi differenti: jew l-integrazzjoni tal-persuni eziljati fil-pajjizi fejn sabu l-asil, jew it-trasferiment mill-gdid f'pajjiz terz.

Minkejja l-impenn kostanti tal-UNHCR fil-hamsin sena tieghu - li ghalihom, l-Agenzija rceviet hafna rikkonoxximenti, fosthom zewg premijiet Nobel ghall-Paci, fl-1954 u fl-1981 – il-problema tar-rifu?jati ma tidhirx li qed tonqos. F'Jannar ta' l-2004, ir-rifugjati u persuni ohrajn soggetti taht il-kompetenza tal-Kummisarju Gholi kienu xi 17.1 miljun, u minn dawn 9.7 miljuni kienu rifugjati, miljun kienu persuni li qed ifittxu l-asil, 1.1 miljun rifugjat rimpatrijat u 5.3 miljuni internally displaced persons (IDP's) u persuni ohrajn taht il-kompetenza tieghu. Ma' dawn il-figuri wiehed jista' wkoll izid il-figura rilevanti hafna ta' internally displaced persons (IDP's) – persuni mgieghla jaharbu minn darhom imma li jibqghu fil-konfini nazzjonali – u li m'ghandhomx protezzjoni jew ghajnuna internazzjonali.

Huwa kkalkolat li fid-dinja hemm xi 24 miljun internally displaced persons, fejn minn dawn 4.4 miljuni biss ghandhom l-ghajnuna ta' l-UNHCR. B'kollox allura, hemm izjed minn 40 miljun persuna li kienu mgieghla jitilqu mill-post tat-trobbija taghhom – rifugjati u internally displaced persons – u li ma jistghux jergghu jidhlu f'darhom anki illum. Dan ifisser li fid-dinja persuna wahda minn kull 156 kellha tahrab minhabba gwerer u persekuzzjoni.

Bhalissa l-Kummissarju jimpjiega 6,307 persuna f'261 ufficcju imxerrda f'115 pajjiz. Xi 5,300 minn dawn il-persuni – l-84% tal-haddiema – jahdmu fil-post, hafna drabi f'postijiet mwarrba u ta' riskju kbir, tant li mill-bidu tad-90ijiet, 20 operatur tal-UNHCR mietu fuq ix-xoghol.